Wasal i-tmiem..Is Sagrificcju Tal-Ghogol Tad-Deheb

Minimum Donation €10.95

Pia u l-familja tagħha jirċievu ittra li fiha jiskopru li jkunu tilfu d-dar tan-nanna Carmen… Minbarra hekk, Pia ma jkollhiex għażla oħra ħlief dik li ssib it-tielet teżor. Għaliex? Fuq kollox, x’inhu dat-tielet teżor? Jiġri wkoll li t-tifla u Jaden il-ġenju jitolbu l-għajnuna lil Zack u Sarah. Imma għaliex jagħmlu dan?

In stock

SKU: bch1170 Categories: , Tags: , , , , , , , , ,

Description

F’dan l-aħħar ktieb tat-triloġija, l-isfidi li t-tfal jaffrontaw ikunu ħafna iktar perikolużi minn qatt qabel. Ħajjet il-familjari tagħhom saħansitra jkunu jinsabu fil-periklu. Biex ma nsemmux li Margerita u Aaron ikunu jridu jivvendikaw ruħhom minn Pia u sħabha. Imbagħad, l-avvenimenti li jkun seħħu fil-passat imbiegħed, iwasslu għal konsegwenzi li ħadd ma jkun qatt stenna. Leġġendi, ħrejjef u anke tradizzjonijiet antiki jiġu minsuġin f’din l-avventura epika mimlija bil-misteru. Dan il-ktieb jieħu l-ħajja bir-Realtà Maħluqa. Softcover. Published by Pro-Motion 2020

Additional information

Weight 0.383 kg