Description
F’dan l-aħħar ktieb tat-triloġija, l-isfidi li t-tfal jaffrontaw ikunu ħafna iktar perikolużi minn qatt qabel. Ħajjet il-familjari tagħhom saħansitra jkunu jinsabu fil-periklu. Biex ma nsemmux li Margerita u Aaron ikunu jridu jivvendikaw ruħhom minn Pia u sħabha. Imbagħad, l-avvenimenti li jkun seħħu fil-passat imbiegħed, iwasslu għal konsegwenzi li ħadd ma jkun qatt stenna. Leġġendi, ħrejjef u anke tradizzjonijiet antiki jiġu minsuġin f’din l-avventura epika mimlija bil-misteru. Dan il-ktieb jieħu l-ħajja bir-Realtà Maħluqa. Softcover. Published by Pro-Motion 2020