Tisjir Malti – Edizzjoni Maltija (Maltese Language Edition)

Minimum Donation €8.05

Bhal kull pajjiż ieħor Mediterranju, Malta hija mbierka bil-ħut frisk, ħaxix bnin, frott ħelu, b’abbundanza fil-lumi, żebbug, tewm, kappar, għasel u prodotti oħra taħt xemx li tippermetti lill-kok Malti jipprepara l-itjeb u l-aqwa platti apetittużi, kemm dawk tradizzjonali u dawk innovattivi. Il-platti tradizzjonali Maltin jaggħu f’żewġ kategoriji: tisjir meqjus tar-rahhala bl-origini tiegħu fl-istorja tan-nazzjon Malti u li probabilment ftit inbidel mal-milja taż-żmien. Dan it-tip ta’ ikel huwa rappreżentat b’sopop tal-ħaxix u stuffatijiet, xi ftira mikxufa u mixwija I-forn, ġbejniet u patata. Platti ohrajn Maltin għandhom influenża minn madwar il-Mediterran u jistgħu jiġu identifikati mal-pajjizi ġirien: timpana mat-timballo Sqalli, bzar mimli u brunġiel mal-Levant. Ħelwa u imqaret, zewg ħlewwiet favoriti, x’aktarx għandhom origini Għarbija. Xi ħaġa li l-mejda Maltija żgur hija kburija biha hija I-ħobża Maltija. Din il-ħobża Maltija tkun tqarmeċ u misjura mal-qoxra filwaqt li tkun li ratba u ħafifa minn ġewwa. a
Softcover. Published by Casa Editrice Perseus 2011

In stock